Biden bi twissija ċara għar-Russja

Il-President Amerikan Joe Biden beda l-ewwel vjaġġ tiegħu barra mill-Istati Uniti bi twissija lir-Russja.

Biden qal illi ma jridx kunflitti, madanakollu jekk ir-Russja twebbes rasha, l-Amerka tirrispondi b’mod qawwi.

Biden għamilha ċara wkoll illi għandu l-intenzjoni li jsaħħaħ ir-rabtiet li l-Amerka għandha mal-alleati tagħha, wara li dawn kienu ttappnu taħt l-amministrazzjoni tal-eks President Donald Trump.

Il-President Amerikan jinsab fir-Renju Unit għas-Summit tal-G7 li se jsir f’Cornwall ir-Renju Unit.

Lejliet is-Summit Biden iltaqa’ mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend