Notifiki

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li ħabat f’armatura ta’ ħanut f’San Ġiljan

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li baqa’ dieħel f’armatura ta’ ħanut f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq Elija Żammit, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li Libjan ta’ 32 sena li jgħix is-Swieqi, tilef il-kontroll tal-mutur Honda li kien qed isuq u daħal f’armatura ta’ ħanut.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *