Marċ fl-Iżrael xorta se jsir minkejja biża’ li jista’ jerġa’ jqajjem il-ġlied

F’deċiżjoni li ttieħdet fil-Kabinett tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu, il-Gvern Iżraeljan jista’ jmexxi dwar marċ minn reliġjużi fil-pajjiż li tħassar mill-organizzaturi minħabba l-biża’ li jista’ jerġa’ jwassal għal kunflitti ġodda.

Il-marċ fil-kwartieri Musulmani ta’ Ġerusalemm kellu jsir il-Ħamis, imma r-rotta ġiet miċħuda mill-Pulizija.

Issa l-marċ se jsir nhar it-Tlieta li ġej.

Il-moviment li jikkontrolla Gaża, il-Ħamas, hedded dwar aktar ġlied jekk isir dan il-marċ.

Minn tal-inqas mitejn u tnejn u erbgħin persuna nqatlu f’Gaża u tlettax fl-Iżrael waqt il-ħdax-il jum ta’ ġlied vjolenti x-xahar li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend