Harry u Meghan ma staqsewx lir-Reġina biex jużaw l-isem Lilibet – sorsi lill-BBC

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex ma staqsewx lir-Reġina biex jużaw l-isem Lilibet għat-tifla tagħhom.

Dan intqal minn sorsi fil-Palazz lill-aġenzija tal-aħbarijiet BBC.

Lilibet huwa l-laqam tar-Reġina li ilu jintuża minn qrabatha mindu kienet tifla.

Sors viċin Harry u Meghan kien qal lill-BBC li Harry kellem lir-Reġina qabel it-twelid tat-tifla, u allura aktarx kien qalilha x’se jsemmiha. Imma sors fil-Palazz qal li dan ma kienx il-każ, u li r-Reġina qatt ma ġiet ikkonsultata dwar l-isem.

Ir-relazzjoni bejn il-koppja u l-Familja Rjali għamlitha fl-aħbarijiet diversi drabi fl-aħħar xhur u minkejja d-diffikultajiet bejn Harry u missieru, id-Duka kien qal li għandu relazzjoni tajba ħafna mar-Reġina.

Fit-tmiem il-ġimgħa li għadda, il-koppja ħabbru t-twelid ta’ Lilibet “Lili” Diana Mountbatten-Windsor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend