Notifiki

Grupp ta’ ristoranti se jagħtu vouchers ekwivalenti ta’ dak li tonfoq bil-vouchers tal-Gvern

Grupp ta’ ristoranti li jiffurmaw parti mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering se jagħtu vouchers apposta lill-klijenti tagħhom.

Din l-inizjattiva se taħdem billi l-klijent imur f’dawn ir-ristoranti u hemmhekk, meta dawn isarrfu l-vouchers tal-Gvern, ir-ristorant jagħti lura vouchers differenti u b’ammont ekwivalenti, biex jintefqu fl-istabbiliment tagħhom darb’oħra.

Dan ifisser li jekk wieħed jonfoq €15 ta’ voucher tal-Gvern, ir-ristorant se jagħti €15 voucher ieħor biex jintefaq f’okkażjoni oħra.

Dan propju tħabbar mis-Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Matthew Pace, f’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Gvern għan-nies, fejn hawnhekk spjega li din l-iskema se tikkumplimenta l-investiment massiċċ tal-vouchers tal-mitt ewro.

Is-Sur Vella qal kif it-tqassim tal-ewwel sett ta’ vouchers ħalla għand in-negozji Maltin u Għawdxin id-doppju tal-investiment.

Qal, “Ovvjament l-istatistika li rajna bħala Assoċjazzjoni xi xahar ilu, il-ħamsa u erbgħin miljun investiment iġġenera d-doppju f’sales u revenues allura ħassejna li jekk ħa jingħaqdu grupp ta’ ristoranti u jagħtu added value lil dak il-konsumatur li jiddeċiedi li jmur ir-ristorant tagħhom il-vouchers tal-Gvern, ituh l-istess ammont ta’ vouchers lura, jiġifieri bħala persentaġġ ta’ spend li jintefqu f’dak ir-ristorant partikolari. L-inċentiv huwa li fl-aħħar mill-aħħar jekk is-sena l-oħra ġġenerajna d-doppju din is-sena ntellgħu ċ-ċifra b’persentaġġ ogħla minn hekk.”

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, fejn tal-aħħar saħaq kif fl-ewwel ftit jiem, numru kbir ta’ nies diġà sarrfu l-vouchers u semma wkoll kif għand il-Gvern daħlu reazzjonijiet pożittivi min-naħa tas-sidien tan-negozji b’rabta mat-tieni rawnd.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Bartolo qal kif din l-inizjattiva hija turija oħra ta’ kemm  dan il-Gvern qatt ma waqaf jgħin lil dan is-settur fi żminijiet ta’ sfida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend