Notifiki

Iqum rebus fuq il-flokk tal-futbol tal-Ukrajna għall-Kampjonat Ewropew

Il-Federazzjoni tal-futbol Russa fetħet ilment quddiem il-UEFA, tlett ijiem qabel jibda l-Kampjonat Ewropew tal-EURO fuq il-flokk tat-tim tal-Ukrajna.

L-Ukrajna se jkunu qed jilagħbu bi flokk isfar u faxx blu, il-kuluri tal-bandiera tal-pajjiż iżda b’mappa fuq quddiem tal-flokk li fih tidher ukoll il-Krimea bħala parti mit-territorju Ukren.

Fl-2014, fl-eqqel tal-kriżi politika fl-Ukrajna, fejn fiha spiċċa ħarab il-President ta’ dak iż-żmien Viktor Yanukovych, il-Krimea spiċċat ingħaqdet mar-Russja wara referendum u permezz ta’ dik deskritta bħala forza militari Russa mbuttata minn Vladimir Putin.

L-Ukrajna u bosta pajjiżi oħra fil-komunità internazzjonali għadhom jirrikonoxxu l-Krimea, sors ta’ ħafna ġlied fil-Lvant tal-Ewropa, bħala parti mit-territorju Ukren.

Ir-Russja issa protestat għal mod kif qed jintbagħat messaġġ politiku bil-futbol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend