Familja Musulmana fil-mira ta’ attakk fil-Kanada – jinqatlu erba’ persuni

Familja Musulmana tinqatel f’attakk premeditat li seħħ ilbieraħ fil-Kanada.

Erba’ persuni nqatlu hekk kif trakk saq għal fuqhom. Tifel ta’ disa’ snin huwa l-unika wieħed li salva dan l-attakk u bħalissa jinsab l-isptar bi ġrieħi serji, madanakollu mhux fil-periklu tal-mewt.

Nathanial Veltman ta’ 20 sena, is-sewwieq tat-trakk, qed jiġi akkużat b’erba’ akkużi ta’ qtil kif ukoll b’attentat ta’ qtil.

Dan l-attakk huwa maħsub li sar minħabba mibegħda razzjali kif, huwa l-agħar attakk kontra persuni Musulmani fil-Kanada wara l-attakk f’Moskea fi Quebec fl-2017; dakinhar kienu nqatlu sitt persuni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend