Notifiki

Arrestati mat-800 persuna fi 18-il pajjiż fuq rejd kbir marbut mad-droga u attivitajiet kriminali oħra

Aktar minn 800 persuna suspettati bi kriminalità ġew arrestati fi 18-il pajjiż differenti waqt operazzjoni konġunta bejn il-pulizija Awstraljana, l-FBI u l-Europol.

Waqt l-arresti ġew ikkonfiskati: tmien tunnellati ta’ kokaina, 250 arma tan-nar, karozzi lussużi u 48 miljun dollaru fi flus.

Il-pulizija Awstraljana flimkien mal-FBI infiltraw gruppi ta’ kriminalità organizzata u mafja. Persuni magħrufa fil-kriminalità ddaħħlu f’nassa bl-użu ta’ app ‘sigura’ bħala mezz ta’ komunikazzjoni biex isiru pjanijiet għall-attivitajiet illegali.

L-app AnOm kienet ġiet żviluppata b’mod sigriet mill-FBI, bit-tir li l-awtoritajiet jissorveljaw l-attività li kienet qed issir mill-istess gruppi.

Permezz ta’ din l-app, il-pulizija kellha aċċess ta’ miljuni ta’ messaġġi li kienu qed jintbagħtu bejn persuni involuti f’attività illegali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend