Notifiki

Mil-lum il-pubbliku jista’ jsarraf il-vouchers, jiftħu l-bars u l-gruppi barra jitilgħu għal sitta

Mil-lum dawk li għandhom 16-il sena jew aktar jistgħu jibdew jonfqu l-vouchers tal-mitt ewro fl-istabbilimenti, akkomodazzjonijiet u ħwienet f’Malta u Għawdex. Dan b’investiment massiċċ ta’ ħamsin miljun ewro li għamel għat-tieni darba Gvern Laburista.

Fl-istess jum, ser nerġgħu naraw il-ftuħ tal-bars sal-ħin ta’ nofsillejl. Se jiżdied għal sitta n-numru ta’ persuni madwar mejda f’ristorant jew snack bar u jerġgħu jiftħu t-teatri u ċ-ċinema u l-istabbilimenti tal-gaming u tad-djar tal-imħatri.

Fis-7 ta’ Ġunju se jkunu jistgħu jsiru kompetizzjonijiet u sport f’timijiet u li jinvolvi kuntatt. Dan se jkunu jistgħu jagħmluh persuni li għandhom 17-il sena jew aktar u mingħajr spettaturi.

Mil-lum ukoll, il-grupp ta’ nies fil-pubbliku jitla’ għal sitta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend