Jindarab gravi wara li kien involut f’argument fil-Mellieħa

Raġel ta’ 42 sena mill-Belt, ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument flimkien ma’ raġel ta’ 32 sena mill-Ħamrun, u mara ta’ 37 sena mill-Imsida.

Il-każ seħħ fil-12:15, fi Triq il-Marfa l-Mellieħa.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend