Notifiki

“Iktar ma niksbu riżultati pożittivi, iktar irridu nobdu r-regoli tal-awtoritajiet” – il-PM

Għall-ewwel darba minn Lulju li għadda, illum f’Malta ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta’ COVID-19 minn fost 1,355 test li saru.

Fl-aħħar sigħat fiequ wkoll żewġ persuni oħra mill-Coronavirus.

Il-każijiet attivi f’pajjiżna niżlu għal 72 każ.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 942,552 test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 553,814-il tilqima.

Minnhom, 328,168 ħadu l-ewwel doża u 235,133 huma kompletament imlaqqma.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela qal li grazzi għal sforz nazzjonali, illum f’pajjiżna ma ġewx irreġistrati każijiet ġodda ta’ COVID-19. Qal li aktar ma niksbu riżultati pożittivi, aktar huwa kruċjali li nobdu u nimxu mar-regolamenti tal-awtoritajiet tas-saħħa. Huwa ħeġġeġ ukoll lil dawk li għadhom ma rreġistrawx biex jieħdu l-vaċċin, biex japplikaw ħalli jitlaqqmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *