Notifiki

Żagħżugħ ta’ 16-il sena bi ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Marsa

Sirjan ta’ 16-il sena li joqgħod Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Marsa.

L-inċident seħħ fid-08:45 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Diċembru 13.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn karozza tal-għamla Mercedes Benz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena minn Marsaxlokk.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għadha ħaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend