Notifiki

Xjentisti Żvediżi jagħmlu l-vaċċin tal-COVID-19 fi trab

Xjentisti fl-Iżvezja qed jitrasformixxu l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’forma ta’ trab, li permezz ta’ dan il-proċess tingħeleb il-problema tal-loġistika tal-kunsinni kif ukoll il-ħażna tal-vaċċin.

Huwa żviluppaw proċess billi jnixfu l-vaċċin bl-arja u għalhekk jista’ jkun ukoll li jiġi eleminat il-bżonn li l-vaċċin jiġi maħżun ġo temperaturi kesħin ħafna. Metodu ferm irħas u li jista’ jintuża kullimkien, hekk kif it-trab tal-vaċċin ikun jista’ jintuża wara li jitħallat mal-ilma u jingħata b’siringa.

Huwa maħsub li permezz ta’ dan il-metodu, titnaqqas il-ħela tad-dożi; apparti li jgħin ukoll biex pajjiżi li għadhom jiżviluppaw ikollhom biżejjed kunsinni għaċ-ċittadini tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend