Imut l-ikona ta’ Sliema Wanderers Edward Aquilina

L-ikona ta’ Sliema Wanderers, Edward Aquilina, miet fl-età ta’ 75 sena.

Ix-xena lokali tal-futbol tilfet stilla kemm bħala plejer tal-futbol kif ukoll bħala kowċ.

Fil-fatt hu rnexxielu jirbaħ seba’ kampjonati; sitta minnhom ma’ Sliema Wanderers u wieħed ma’ Hibernians FC.

Dan filwaqt li rnexxielu jgħolli t-tazza tal-FA Trophy tliet darbiet ma’ Sliema Wanderers.

Aquilina kien jifforma parti mill-ewwel tim nazzjonali Malti u saħansitra kien lagħab fl-ewwel logħba li t-tim nazzjonali kellu kontra l-Awstrija.

Hu magħruf ukoll għall-karriera li kellu bħala kowċ fejn irnexxielu jiggwida lil Sliema Wanderers lejn tliet titli prestiġjużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend