Notifiki

Il-PM Ingliż iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-G7 biex ilaqqmu lid-dinja kollha kontra l-COVID-19

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jitlob lill-mexxejja tal-pajjiżi li huma parti mill-grupp G7 sabiex flimkien ilaqqmu lid-dinja kollha kontra l-COVID-19 sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Johnson mistenni jressaq din il-proposta bil-miri għat-tilqim fis-summit tal-grupp li se jsir bejn il-11 u t-13 ta’ Ġunju f’Cornwall, l-Ingilterra.

Madanakollu r-Renju Unit kif ukoll il-Kanada għad iridu jistabilixxu l-ammont ta’ vaċċin li se jikontribwixxu għall-programm tat-tilqim globali msejjaħ Covax.

Intant, il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock qal illi r-Renju Unit se jkun qed iħares li l-ewwel jagħti l-vaċċin lit-tfal qabel ma jagħtu b’donazzjoni l-vaċċin lill-pajjiżi oħra madwar id-dinja.

Filfatt huwa sostna li l-prijorità tiegħu bħala Ministru għas-Saħħa Ingliż hija li l-poplu tar-Renju Unit ikun imlaqqam u sigur kontra l-imxija. Hancock qal dan wara li l-Ġimgħa ġie approvat li l-vaċċin tal-Pfizer jista’ jibda jingħata lil tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend