Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Hibernians li saret il-Ħadd filgħodu, tħabbar li l-grawnd ‘Hibernians Stadium’ f’Kordin sar issa jismu ‘Tony Bezzina Stadium’.
Tony Bezzina miet fil-15 ta’ Marzu li għadda fl-età ta’ 72 sena, fej kien għamel 43 sena president tat-tim tal-futbol ta’ Hibernians.
Fil-laqgħa ta’ dalgħodu wkoll, iben Tony Bezzina, Ranier Bezzina inħatar President tal-Hibernians FC.