B’differenza għall-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu l-kredibilità li jwettaq dak li jwiegħed” – il-PM

“B’differenza għall-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu l-kredibilità li jwettaq dak li jwiegħed.” Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela f’kollegament telefoniku fuq One Radio fejn spjega kif kull ma jmur l-Oppożizzjoni qed tkompli tinkixef li qed twiegħed bla pjan.

Qal li l-oppożizzjoni llum għandha l-problema tan-negattività u l-kredibbilità, u nnota kif fuq in-naħa l-oħra hemm Gvern li għandu l-kredenzjali kollha biex isolvi kull problema li nħolqot fil-passat anke fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti.  Ir-riċetta ta’ dan is-suċċess huwa li dejjem wiegħed u wettaq bi pjan.

Il-Prim Minstru qal li Bernard Grech jisma xi ħaġa u wara jgħid li ħa jsolviha mingħajr ebda pjan.  Hawn innota kif anke dwar l-art fil-Ħondoq, l-ewwel wiegħed li se jixtriha u imbgħad qal li ma jafx kemm tiswa.

“Jisma’ xi ħaġa u sagħtejn wara jgħid li għandu soluzzjoni meta ma jkollu soluzzjoni xejn.  Nagħti eżempju, kellu intervista dwar Ħondoq, staqsewh gazzetta, f’temp ta’ ftit ħin fajjarha qal ser nixtrih.  Imbgħad ġie mistoqsi x’jiswa biex tixtri Ħondoq u wieġeb li ma jafx.  Din is-serjetà? Dan il-mod li l-kap tal-Oppożizzjoni jrid lin-nies jemmnuh?”

Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit dejjem kien sod kontra l-iżvilupp fil-Ħondoq, anke b’kuntrast ma’ Gvern Nazzjonalista bil-bdil fil-pjanijiet lokali tal-2006, li ppermettew żvilupp fiż-żona.  Hawnhekk staqsa jekk hemmx xi motivi ulterjuri għal dak li qed jingħad b’mod irresponsabbli mill-oppożizzjoni.

“L-istess persuna li kien f’dak l-eżerċizzju mill-aktar kontroversjali tal-pjani lokali tal-2006.  Illum huwa l-id il-leminija tal-kap tal-Oppożizzjoni li qed jagħtih il-pariri dwar il-Ħondoq.  U nistaqsi, hemm xi skop ulterjuri għala qed jagħti dawk il-pariri jew il-kap tal-Oppożizzjoni nnifsu għandu xi skop ulterjuri?”

Dr Abela qal li n-nies mal-Gvern taf fejn qiegħda u meta jwiegħed xi ħaġa, jippjana u jwettaq. Innota wkoll kif dak li qed twiegħed l-oppożizzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ser jipperikola l-impjiegi hekk kif ser issarraf f’żieda fil-kontijiet għan-negozji.

“Dawn iridu jgħolulhom il-kont wara li aħna naqqasnihulhom  b’25% u ħallejna aktar minn 500 miljun ewro, jiġifieri aktar minn nofs biljun ewro fil-bwiet tal-familji u n-negozji.”

Dak li wiegħed Bernard Grech ġie kkonfermat li  jiġi jiswa iktar lin-negozji minħabba li jwassal biex titneħħa sistema addotata bħalissa li tara n-negozji iħalsu inqas f’kontijiet meta jilħqu ċertu bands fi ħlasijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend