Notifiki

Il-White House tiddefendi lil Dr Anthony Fauci

Il-White House qed tidddefendi lill-konsulent tal-President dwar il-COVID-19, Dr Anthony Fauci, dwar leaks ta’ emails li bagħat Fauci b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus.

L-emails dwar x’wassal għat-tifqigħa tal-Coronavirus ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill-midja b’talba għal-libertà tal-informazzjoni.

Fost l-emails hemm waħda li kienet intbagħtet f’April li għadda fejn persuna rringrazzjatu talli ddikjara pubblikament li mhux qed jappoġġja t-teorija illi l-virus ħareġ minn laboratorju.

F’intervista mas-CNN Dr Fauci sostna li dik l-email ittieħdet barra mill-kuntest tagħha u saħaq li hu għandu moħħu miftuħ dwar l-oriġini tal-virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend