Bastiment tal-merkanzija qed jegħreq barra Sri Lanka – mijiet ta’ tunnellati żejt jaf jispiċċaw fil-baħar

Bastiment tal-merkanzija għereq ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Sri Lanka, b’esperti jwissu li dan jista’ jwassal għal xi diżastru ambjentali.

Il-bastiment X-Press Pearl jidher li ħa n-nar madwar ġimgħa, u mijiet ta’ tunnellati ta’ żejt mit-tankijiet abbord jistgħu jispiċċaw fil-baħar u joqtlu l-ambjent naturali taħt il-baħar.

Il-forzi navali ta’ Sri Lanka u l-Indja ħadmu biex jintfew in-nirien fuq il-vapur, iżda t-temp ma għenx biex dan kollu jkun ta’ suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend