Il-PM jniedi s-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex

“Akbar ma tkun l-isfida, akbar is-sodisfazzjon.”

Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Robert Abela beda d-diskors tiegħu f’ċerimonja li mmarkat il-bidu tas-servizz tant mistenni tal-Fast Ferry bejn il-kapitali Maltija u l-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-Prim Ministru qal li dan il-pass sar grazzi għat-tħaddim ta’ prinċipju li jissimbolizza dak li jemmen fih il-Gvern; li l-istat jipprovdi l-opportunità biex il-privat ikun jista’ joħlom u jikkompeti biex joħloq servizzi ġodda għaċ-ċittadini, jiġġenera x-xogħol u jkabbar l-ekonomija.

Dr Abela qal li jemmen fil-potenzjal ta’ dan is-servizz għaliex il-baħar minn dejjem kien sors ta’ ġid għall-poplu, u dan il-Gvern iridu jkun parti mis-soluzzjoni biex tkun iffaċilitata l-ħajja ta’ kuljum ta’ ħafna Għawdxin.

Innota li l-vjaġġ bejn Malta u Għawdex se jsir f’inqas minn ħamsa u erbgħin minuta, u allura se titjib il-kwalità tal-ħajja tal-familja għaliex se jiżdied il-ħin id-dar u jonqos l-iskariġġ – tant li ddeskriva din il-miżura bħala waħda mill-iżjed li tilħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, qal li din hija ġurnata li l-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin ilhom jistennew għal żmien twil. Qal li l-ewwel traġitt ta’ dan il-Fast Ferry se jkun game changer għall-gżira Għawdxija li se jtejjeb l-aċċessibilità u jagħmel lil Għawdex destinazzjoni tal-ogħla livell.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, qal li grazzi għall-impenn tal-Gvern mal-poplu Għawdxi, dan il-proġett sar realtà wara ħafna xogħol u enerġija. Spjega kif il-pajjiż għandu infrastruttura aħjar li tista’ tħaddem proġett bħal dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend