Kważi 4,000 Għawdxi u Għawdxija iżjed jaħdmu f’Għawdex stess

Fl-aħħar disa’ snin r-residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess żdiedu bi kważi erbat elef persuna. Dan ħareġ f’mistoqsija parlamentari indirizzata lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana.

Fl-2010 l-ammont ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess kien ta’ ftit iktar minn 9,700 ruħ. Dan filwaqt li sal-2019, persuni li jaħdmu f’Għawdex u li huma residenti wkoll fil-gżira tat-tliet għoljiet kien hemm 13,587 persuna.

L-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppreżentata fil-parlament turi kif mill-2010 sal-2019 żdiedu wkoll ir-residenti f’Għawdex li għandhom impjieg. Filwaqt li fl-2010 kienu biss 12,109 persuni li joqogħdu f’Għawdex li għandha xogħol, fl-2019, 17,754 resident f’Għawdex kellu impjieg. Dan ifisser żieda ta’ 5,645 ruħ li għandhom xogħol.

Din l-istatistika tikkuntrasta bil-bosta mar-rettorika tal-Partit Nazzjonalista li kemm-il darba pprova jimbotta anke permezz tad-deputat tal-establishment Chris Said. F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li tmur lura għal meta l-Gvern ħabbar il-budget għal din is-sena, Said kien qal li l-Gvern ma ħa l-ebda passi biex jinħoloq xogħol ta’ kwalità f’Għawdex u biex jonqsu l-persuni li jkollhom jiġu Malta biex jaħdmu.

Dan qalu anki jekk l-istatistika, iswed fuq l-abjad turi kif bidla fl-amministrazzjoni rat żieda ta’ kważi erbat elef persuna u xogħol fil-gżira tat-tliet għoljiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend