Iweġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur u tkaxkar f’siġra

Ungeriż ta’ 31 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Ġimgħa filgħaxija kien involut f’inċident b’mutur f’Tal Pietà.

Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija spjega li l-inċident seħħ fis-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru, rriżulta li l-Ungeriż ta’ 31 sena u residenti San Ġwann, kien qiegħed isuq mutur tat-tip Benelli meta tilef il-kontroll u waqa’. Il-mutur u x-xufier baqgħu jitkaxkru sakemm ħabtu ma’ siġra.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend