Jinżamm arrestat mixli li kellu pistola kkargata bla liċenzja

Aaron Cassar ta’ 41 sena minn Birżebbuġa nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’pussess ta’ arma tan-nar bla liċenzja.

Kien ilbieraħ filgħaxija meta l-Pulizija rċeviet informazzjoni li f’Birżebbuġa kien se jsir negozju ta’ armi tan-nar fejn kif waslu fuq il-post iċċirkondaw karozza li kienet qed tinstaq minn Cassar.

Wara tfittxija nstab li fil-vettura kien hemm baskett li fih kien hemm pistola kkargata b’żewġ balel.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia semgħet kif l-pistola kellha difetti mekkaniċi, bil-prosekuzzjoni kkonfermat dan, madanakollu l-pistola xorta setgħet tispara.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti ma laqgħetx it-talba fejn innotat kif l-akkużat għandu kondotta kkulurita u li kiser il-kundizzjonijiet mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend