Notifiki

Malta tieħu €177 miljun f’fondi Ewropej immirati biex jiġi indirizzat l-impatt tal-pandemija

Il-Kummissjoni Ewropea llum tat €177 miljun f’fondi mill-programm SURE, li huwa fond li jgħin il-Gvernijiet tal-Ewropa jindirizzaw l-impatt tal-pandemija speċjalment fis-settur tax-xogħol.

Pajjiżna kien wieħed minn tnax-il stat membru li ħa l-fondi fosthom il-Belġju u Ċipru.

Dawn il-fondi forma ta’ self jammontaw għal erbgħa u disgħin biljun u tliet mitt elf ewro u b’kollox se jgawdu dsatax-il stat membru tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li l-fond SURE huwa storja ta’ suċċess li laqat b’mod tajjeb tletin miljun ħaddiem.

Il-Kummissarju għall-Ekonomija Paolo Gentiloni qal li sena wara l-Kunsill Ewropew approva dan il-finanzjament mill-fond SURE, diġà tqassmu 90% tal-fondi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend