L-UE mhux se tħalli l-linja tal-ajru tal-Belarus taċċessa l-ispazju tal-ajru Ewropew

L-Unjoni Ewropea mhu se tħalli l-ebda ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Belarus jgħaddi mill-ispazju Ewropew tal-ajru. Dan b’rabta mal-arrest ta’ ġurnalist il-Ħadd minn fuq titjira li kellha tinżel Minsk.

F’laqgħa tal-Mexxejja Ewropej hekk kif bħalissa għaddej summit speċjali, intqal ukoll kif linji tal-ajru tal-Ewropa se jingħataw il-parir ma jgħaddux mill-ispazju tal-ajru tal-Belarus, u qed jiġu diskussa sanzjonijiet ekonomiċi wkoll.

It-Tnejn ħareġ ukoll filmat juri lill-ġurnalist waqt l-arrest, u qed ikun irrapportat li fl-istess filmat hu qed jammetti l-akkużi miġjuba kontrih mill-istat. Attivisti qed jgħidu li hu qal hekk għaliex kien taħt pressjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend