Notifiki

Joħorġu d-direttivi tal-Kurja għall-festi… ħruġ u dħul tal-vara fin-niċċa b’mod privat

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħarġet id-direttivi għall-festi ta’ din is-sena fejn saħqet li l-puriċissjonijiet isiru biss meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.

Dwar il-ħruġ u d-dħul tal-vara min-niċċa ntqal li l-istatwa għandha tinħareġ u tiddaħħal lura fin-niċċa b’mod privat f’ġurnata li jagħżel il-Kappillan sa mhux aktar kmieni mid-data li fiha is-soltu toħroġ u mhux aktar tard mid-data li fiha is-soltu tidħol lura fin-niċċa, il-vara.

Dwar l-armar, il-Knisja qalet li  jista’ jsir bħalma kien isir is-soltu.

“L-armar li jintrema hu fid-diskrezzjoni tal-Kappillan imma m’għandux jikkonsisti f’armar aktar minn dak li jsir għal festa partikolari”, jgħidu d-direttivi tad-djoċesi Maltija.

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi bħal quddiesa tal-festa għandhom jsiru skont direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Fid-dawl tat-tnaqqis fid-dħul finanzjarju li ċertu parroċċi għaddejjin minnu, il-Knisja qalet li tajjeb li jiġi kkunsidrat tnaqqis fl-ispiża tal-festa biex din ma tkomplix iżżid id-diffikultajiet finanzjarji li l-parroċċa jista’ jkollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend