UFFIĊJALI: Malta laħqet l-immunità għall-virus tal-Covid-19

Illum Malta laħqet l-immunità għall-Covid-19.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne hekk kif sal-lejla pajjiżna ħa jkun laqqam b’tal-inqas l-ewwel doża, 70% tal-popolazzjoni adulta f’pajjiżna.

Fearne qal li t-trasmissjoni tal-virus issa naqset drastikament iżda saħaq li ma jfissirx li min hu mlaqqam ma jistax jiġi infettat.

Saħaq li viċin it-42% huma mlaqqmin kompletament.

Fi tweet il-Prim Ministru laqa’ din l-aħbar pożittiva fejn qal kif lħaqna tragward.

Intant il-President George Vella qal kif jinsab kuntent b’din l-aħbar fejn irringrazzja lil kull min kien involut biex din il-kisba setgħet tkun possibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend