Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 29 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fil-bypass tal-Imrieħel, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Yamaha Sigma, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena li jgħix Birkirkara, u karozza Volvo XC70, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 57 sena li tgħix Tas-Sliema.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend