Sebat ibliet Taljani jitfgħu isimhom biex jilqgħu l-Eurovision 2022

Sebat ibliet biex jilqgħu l-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla.

Is-Sindki ta’ dawn l-ibliet Taljani qalu uffiċjalment li huma beħsiebhom jitfgħu l-interess ħalli l-Eurovision tas-sena d-dieħla jsir hemm.

L-ibliet huma; Ruma, Turin, Milan, Pesaro, Reggio Emilia, Bologna u Napli.

Il-kapitali Ruma hija l-aħħar belt li ressqet isimha iżda kollox qed jipponta lejn Turin għaliex din toffri post b’faċilitajiet ideali biex jiġi organizzat il-festival.

Minkejja dan, it-taqbida bejn min se jilqa’ l-Eurovision għad fadlilha sew biex tirranka.

Il-grupp rebbieħ Måneskin minn Ruma wasal fl-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma lbieraħ u milqugħ min-numru ta’ nies, qal li jixtieq li l-Eurovision isir f’Ruma.

L-aħħar Eurovision organizzat fl-Italja kien fl-1991 f’Cine Città.

Dik is-sena Malta kienet irritornat fil-Eurovision wara 16-il sena permezz ta’ Paul Giordimania u Georgina Abela.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend