Notifiki

Mindu twaqqaf il-Fond li fih jidħlu flus mill-programm tar-residenza tqassmu €109.04 miljun

Minn mindu twaqqaf, il-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali ħareġ iktar minn mija u disa’ miljun ewro għal proġetti soċjali fosthom għal akkomodazzjoni soċjali, saħħa u għal inizjattivi sportivi.

Meta ħareġ ir-rapport annwali awditjat tiegħu, dan il-Fond li fih jidħlu flus mill-programm tar-residenza, qabel magħruf bħala l-IIP, biex jiġu amministrati għal ġid tal-poplu, intqal li s-sena l-oħra daħlu fil-fond qrib it-tmienja u għoxrin miljun ewro biex minn mindu twaqqaf, sitt snin ilu, fil-fond daħlu kważi sitt mitt miljun ewro.

Is-sena l-oħra, is-sena meta faqqgħet il-pandemija, dan il-fond xorta għamel profitt ta’ kważi sittin elf ewro netti.

Is-sena l-oħra, mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali ngħataw; sitta u sittin miljun ewro għall-akkomodazzjoni soċjali, fosthom il-bini ta’ bosta appartament għall-housing soċjali, ħames miljun ewro lil Puttinu Cares biex jinxtraw iżjed appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra fejn tfal u ċittadini oħra Maltin imorru jirċievu l-kura għall-kanċer fost oħrajn, għaxar miljun ewro għaċ-ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex, miljun u nofs ewro għall-Caritas biex din tinvesti f’ċentru ġdid fi Blata l-Bajda u disa’ mija u ħamsin elf ewro f’investiment t’apparat tal-kardjoloġija fl-isptar Mater Dei.

Finanzjament notevoli ieħor kien ta’ tliet miljun ewro fi proġetti ta’ tħaddir urban.

Mir-rapport ħareġ ukoll li l-valur tal-assi kollha tal-Fond żdiedu bi kważi 5%, minn ftit iktar minn ħames mija u sebgħin miljun ewro, għal ftit aktar minn ħames mija tmienja u disgħin miljun ewro.

Fost dawn hemm assi li huma investimenti barranin u oħrajn lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend