BIL-FILMAT: Nirien fl-inħawi ta’ Ta’ Qali jaħkmu maħżen

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssieltu ma’ nirien li bdew f’ħaxix fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u mxew lejn maħżen.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar.

Ħadd ma weġġa’ iżda l-operazzjoni qed tieħu ftit ħin wara li n-nirien tferxu.

Fil-fatt fuq il-post hemm diversi vetturi tat-tifi tan-nar u d-daħna sewda tidher minn bosta nħawi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend