Triq fir-Rabat Għawdex qed tinbena mill-ġdid

 

B’investiment ta’ €850,000 qed terġa’ tinbena mill-ġdid Triq l-Imgħallem fir-Rabat, Għawdex.

Din it-triq, li hija twila 460 metru, sarulha diversi xogħlijiet, fosthom sistemi ġodda tas-servizzi taħt l-art u kif ukoll pajpijiet għall-ilma tax-xita li jinkludu fihom is-sistema li twassal miċ-Ċittadella.

Inbnew ukoll bankini ġodda u spazji ġodda għall-parkeġġ.

Waqt żjara li għamel fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru Clint Camilleri qal kif il-Gvern huwa kommess li jkompli jirranġa t-toroq kemm arterjali kif ukoll dawk residenzjali f’Għawdex.

Il-Ministru Camilleri qal, “Waqt li llum qegħdin nagħmlu propju kisja ta’ din it-triq, imiss issa wkoll li idealment inwessgħu din l-istess junction sabiex imbagħad ngħaqduha mat-triq ta’ wara s-sur u għal daqstant inkunu nistgħu ntaffu ferm it-traffiku li jgħaddi propju wkoll minn ġewwa ċ-ċentru tar-Rabat.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend