Għat-tielet ġimgħa konsekuttiva ma kien hemm ebda każ pożittiv fid-djar tal-anzjani

Fil-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, qalet li għal ġimgħa oħra – it-tielet waħda konsekuttiva – ma ġew irreġistrat l-ebda każijiet fid-djar tal-anzjani.

Aħbar tajba ħafna fid-dawl li fl-aħħar ġimgħat ġew rilaxxati numru ta’ miżuri fejn jidħlu ż-żjarat f’dawn id-djar u fil-jiem li ġejjin mistennija jkomplu jonqsu u jerġa’ jibda ċertu ħruġ meqjus tal-anzjani.

Il-Professur Gauci fakkret li mit-Tnejn li ġej se jiġu rilaxxati numru ta’ miżuri oħra, fosthom il-ftuħ mill-ġdid tal-pixxini, tal-gyms, iċ-ċentri ta’ matul il-jum tal-anzjani u t-taħriġ tal-isport.

Ir-ristoranti se jkunu jistgħu jibqgħu miftuħin sa nofsillejl.

In-numru ta’ persuni minn households differenti kemm fil-pubbliku u anki fid-djar se jibqa’ dak ta’ erbgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend