Tista’ titħarreġ fuq l-ewwel għajnuna fit-triq jekk iġġib il-liċenzja dan is-sajf

Mitejn żagħżugħ u żagħżugħa li se jġibu l-liċenzja tas-sewqan fix-xhur tas-sajf se jkollhom l-opportunità li jitħarrġu b’xejn fuq kif għandha tingħata l-ewwel għajnuna fit-triq f’każ ta’ bżonn.

Dan permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ msemmija ‘Embrace Life’ li se jkunu qegħdin jitmexxew mill-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq flimkien mal-għaqda tas-Salib l-Aħmar.

Waqt konferenza fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella, qal li l-Fédération de la Automobile, l-FIA, tat il-fondi sabiex isir dan il-kors.

Vella spjegalna kif wieħed se jkun jista’ japplika għal dan it-taħriġ.

Qal, “Qegħdin inħeġġu dawk kollha li jġibu l-liċenzja bejn ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru kull ma jridu jagħmlu jibagħtu email lir-Red Cross fuq courses@redcross.org.mt fejn dawn ħa jintagħżlu l-ewwel ħamsin fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel u jagħmlu l-kors tal-ewwel għajnuna. Aħna mbagħad se nkunu nistgħu ngħidu li f’dawn l-erba’ xhur ħa jkun hemm mitejn ruħ li qed isuqu li isma’ dawn jafu jagħtu l-ewwel għajnuna wkoll”

Il-Ministru responsabbli mit-Transport, Ian Borg, qal li huwa importanti li wieħed ikun jaf kif għandha tingħata l-ewwel għajnuna għaliex ma tistax tgħid ma xix tiltaqa’ fit-triq.

Saħaq li l-Gvern flimkien mal-entità Transport Malta se jkompli jaħdem sabiex jagħti s-sostenn meħtieġ u jisma l-ideat li jkollu l-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq.

Spjega, “U l-fatt illi issa għandek l-Federazzjoni Internazzjonali għat-Trasport li qegħda tħallas lir-Red Cross biex toffri dawn il-postijiet ta’ korsijiet li se jingħataw b’xejn tagħmlilna kuraġġ illi naraw li dan mhux biss ġie resaq għal-liċenzja u imbagħad jista’ jsuq imma anke jkollu t-taħriġ ta’ kif jista’ jassisti. Jassisti lil dak li jista’ jiltaqa’ miegħu matul il-vjaġġ tiegħu”

Il-Ministru Borg wera wkoll l-apprezzament b’mod partikolari lil Jean Todt, il-President tal-FIA, li bagħat ukoll messaġġ b’rabta ma’ din l-inizjattiva.

Qal, “It is only with commitment that we will succeed. We must do much more than we have already done. I want to encourage everyone to embrace life and do their part in making roads safer.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend