Nhar is-Sibt ir-rebbieħ tal-Eurovision 2019 mhux se jgħaddi x-xettru għaliex laqqat il-Covid

Ir-rebbieħ tal-Eurovision Song Contest 2019 Duncan Laurence rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.

Konsegwenza t’hekk huwa mhux se jkun qed ikanta fil-finali kif inhi t-tradizzjoni bħala r-rebbieħ inkurunat tal-Eurovision.

Dan ifisser ukoll li huwa mhux se jippreżenta t-trofew lir-rebbieħ li jmiss tal-Eurovision.

Fi stqarrija, il-European Broadcasting Union qalet li t-tim ta’ Laurence huwa diżappuntat għal dan l-iżvilupp għaliex huwa xtaq ħafna jieħu sehem fil-Eurovision li grazzi għalih qed isir f’Rotterdam, l-Olanda.

Duncan Laurence deher fil-ftuħ tal-ewwel semifinali tat-Tlieta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend