Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, il-GTA laqgħu l-miżura tal-vouchers tal-€100, li tħabbret illum waranofsinhar f’konferenza tal-aħbarijiet minn Kastilja.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet kif dan l-inċentiv tal-Gvern lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 16-il sena se tagħti spinta meħtieġa lill-ekonomija.
Qalet kif il-vouchers qed jiġu fi żmien kruċjali ħafna għan-negozju, speċjalment lil dawk li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu qalet kif dawn il-vouchers se jgħinu lin-negozji f’kull settur, speċjalment lil dak turisitku.
Qalet ukoll kif din il-miżura ser ittaffi mill-impatt negattiv tal-pandemija.
Il-GTA qalet kif il-pandemija laqtet ħażin lill-gżira Għawdxija, minħabba li din tiddependi fuq it-turiżmu u din l-iskema mħabbra llum se tgħin lill-gżira tat-tliet għoljiet, bħal ma għen l-ewwel rawnd tal-vouchers is-sena l-oħra.
Il-GTA żiedet tgħid kif il-vouchers, flimkien mal-ftuħ tat-turiżmu fil-bidu ta’ Ġunju u l-programm ta’ vaċċinazzjoni b’saħħtu, qed juri li s-sajf li ġej se jkun tajjeb.
AQRA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/05/20/il-pm-jniedi-t-tieni-rawnd-tal-vouchers-investiment-ta-e50-miljun-fl-ekonomija-5/