Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-Kabinett tas-Sigurtà tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qabel sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied mal-Palestinjani, fl-istrixxa ta’ Gaża.
Dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa fis-sagħtejn ta’ filgħodu.
Il-waqfien mill-ġlied wasal wara 11-il jum ta’ ġlied li wassal sabiex inqatlu diversi persuni, fosthom tfal.