L-Avukat De Marco f’battibekki ma’ Karol Aquilina

Waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, l-Avukat tas-Sur Paul Apap Bologna għamlet dikjarazzjoni iebsa li l-klijent tagħha kien qed jiġi ffastidjat.

Dan fl-isfond ta’ mistoqsijiet li bdew isiru minn membri tal-Oppożizzjoni, fosthom id-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina lid-Direttur tal-Electrogas.

L-Avukat Giannella De Marco kellha battibekk jaħraq ma’ Karol Aquilina dwar dan, fejn saħqet li l-mistoqsijiet li bdew isiru kienu joħorġu mis-suġġett tar-rapport tal-Awditur, li propju fuq dan suppost qed jiddiskuti l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.

Intant is-Sur Apap Bologna spjega kif huwa kien tkellem qabel ma’ Gvern Nazzjonalista dwar qalba għall-gass fil-ġenerazzjoni tal-enerġija.

Apap Bologna semma bosta Ministri fosthom lil Austin Gatt u qal li deher ċar li fi żmien Gvern Nazzjonalista ma kienx hemm ir-rieda għall-qalba tal-gass u minflok l-enerġija bdiet tiġi ġġenerata bl-akbar żejt li jniġġes, il-heavy fuel oil.

Intant wara bosta mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni, l-Avukat De Marco nnutat li hemm min qed juża dan il-Kumitat biex jiskorja punti politiċi.

Is-Sur Apap Bologna ċaħad ukoll li dwar il-proġett tal-powerstation li taħdem bil-gass huwa tkellem ma’ xi ħadd qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend