Bħalissa, fil-Port il-Kbir hawn il-bastiment Hamilton, bastiment Amerikan tal-gwardja tal-kosta.
Din hija l-ewwel żjara ta’ bastiment tal-gwardja tal-kosta Amerikana mill-2008 lil hawn.
Dan il-bastiment għandu madwar 150 membru tal-ekwipaġġ, b’35 minnhom huma nisa.
Waqt li konna fuqu, stajna ninnutaw kif jitmexxa dan il-vapur li għandu diversi panelli li juru r-radar kemm fuq il-baħar u anke fl-ajru. Dan minħabba li minn fuq dan il-bastiment jista’ jittajjar ukoll ħelikopter.
Morna wkoll fil-post fejn jieklu u jinġabru fih -l-membri tal-epikwaġġ, fejn hemm iqattgħu ftit ħin meta ma jkunux qed jaħdmu abbord dan il-bastiment.
Baħrin u uffiċjali oħra spjegawlna kif fost l-operazzjonijiet li għamlu kien hemm bosta fil-Paċifiku fejn fuq medda ta’ snin ġew interċettati aktar minn 30,000 kilogramma ta’ droga kokaina u aktar minn 10,000 kilogramma ta’ ħaxixa, li kienu ġejjin mill-Amerika t’Isfel.
Il-Kaptan Timothy Cronin, li ilu Kaptan ta’ dan il-bastiment għal dawn l-aħħar sentejn u ilu jagħti servizz għal dawn l-aħħar 25 sena spjega xi missjonijiet importanti.
Qal, “Some of our primary missions are search and rescue, defence operations, law enforcement, maritime law enforcement, in particularly counter drug enforcement, mass migration prevention and we also do port security and security missions close to our shores.”
Barra minn hekk, il-Kaptan spjega magħna kif bħala gwardjani tal-Kosta jagħtu sehem umanitarju.
Il-Kaptan filwaqt li stagħġeb bil-ġmiel tal-port ta’ pajjiżna, qal magħna kif din iż-żjara qed tkompli turi r-relazzjoni b’saħħitha li hemm bejn Malta u l-Istati Uniti.
Spjega, “It similises our friendship with Malta and the importance of Malta, its strategic location in the Mediterranean and we are committed to Malta, committed to strengthening Malta’s maritime capabilities and this visit here, does that and it also shows our commitment to Malta and the Maltese people.”
Fi żjara ta’ ftit jiem f’pajjiżna, l-ekwipaġġ Amerikan se jipparteċipa f’eżerċizzji ta’ taħriġ mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Intant, waqt din iż-żjara li għamilna, l-artist Malti Edwin Grech ippreżenta lill-Kaptan Cronin pittura tal-bastiment fil-port Malti flimkien ma’ żewġ opri tal-baħar tradizzjonali Maltin.