Notifiki

Fiequ 15-il persuna mill-Covid-19 u feġġew 4 każijiet

Fl-aħħar sigħat fiequ 15-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 1,541 test.

Dan ifisser li 99.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.3% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 898,798 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 424,325 doża. Minnhom, 284,395 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 143,487 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.

Intant, għall-għaxar jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend