Notifiki

Eritrean jinqabad b’€10,450 mhux iddikjarati

Tfittxijiet li saru fuq passiġġier Eritrean, minn uffiċjali ta’ taqsima kontra l-ħasil ta’ flus fi ħdan id-Dwana, wasslu biex jinstabu €10,450 li ma kinux iddikjarati.

Il-passiġġier kien sejjer lejn is-Sudan minn Istanbul.

Dawn it-tfittxijiet saru wara li l-uffiċjali tad-Dwana ma kinux konvinti li l-Eritrean ma kienx qed iġorr aktar minn €8,000.

Il-passiġġier laħaq qbil mal-Uffiċjali tad-Dwana minflok jinfetħu proċeduri fil-Qorti kontrih.

Huwa kien immultat fuq il-post u tħalla jsiefer.

Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana intqal li mill-bidu tas-sena sa issa, l-iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dwana qabdu total ta’ €263,397 fi flus mhux iddikjarati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend