Notifiki

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu fi Triq is-Siġġiewi.

L-inċident seħħ bejn mutur tat-tip Honda li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena li jgħix l-Iklan, u karozza tal-għamla Nissan March, misjuqa minn mara ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend