Notifiki

Malti u Taljan għall-Qorti dwar qabda ta’ 5kg droga b’valur ta’ kwart ta’ miljun ewro

Malti ta’ 44 sena u Taljan ta’ 49 sena ġew arrestati mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga b’rabta ma’ sejba ta’ madwar ħames kilogrammi ta’ droga kokaina.

Il-pulizija arrestaw lill-irġiel f’San Pawl il-Baħar il-Ġimgħa filgħaxija wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni fuq suspett ta’ traffikar tad-droga.

Il-Malti allegatament instab fil-pussess ta’ tliet kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina.

Fl-istess waqt it-Taljan instab li allegatament kellu moħbija fil-karozza tiegħu żewġ kilogrammi mill-istess sustanza flimkien ma’ ammont kbir ta’ flus kontanti.

Il-pulizija qalet li kieku din id-droga kollha nbiegħet, il-valur fit-triq ilaħħaq il-kwart ta’ miljun ewro.

Dwar dan il-każ hemm inkjesta u llum fil-ħdax ta’ filgħodu se jitressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend