Notifiki

ISMA’: Eċitata sigħat qabel tikkompeti f’Miss Universe

Minn Malta għal fuq il-palk internazzjonali ta’ Miss Universe f’Hollywood fi Florida.

Iż-żagħżugħa minn Ħaż-Żebbuġ ta’ 26 sena Anthea Zammit, bħalissa tinsab fl-Istati Uniti fejn qed tirrapreżenta lil Malta u tikkompeti f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-moda ma’ tmenin tfajla minn pajjiżi differenti.

Lil Anthea rajniha f’ritratti liebsa ħwejjeġ differenti fosthom anki libsa mnebbħa mill-għonnella.

F’intervista telefonika ma’ dan l-istazzjon, propju waqt li kienet qed tħejji għall-preparamenti għall-kompetizzjoni, Anthea qasmet magħna kif qed tħossha qabel ma titla’ fuq palk prestiġjuż li fuqu jitilgħu l-aqwa mudelli fid-dinja.

Zammit stqarret, “Malta qatt ma għaddiet mal-ewwel għoxrin fil-kompetizzjoni, però preparajt ħafna u ferħna ħafna bil-performance illi tajt nhar il-Ġimgħa. Kellna stadji preliminari fejn nitgħażlu, kelli interview il-Ħamis u kuntenti ħafna bil-performance tal-Ġimgħa anke t-tim tiegħi kelli feedback tajjeb ħafna. Nixtieq ħafna li ngħaddi u naħseb għandna biex ngħaddu.”

Bla dubju, f’qalb Anthea hemm imnaqqax isem Malta.

Hi saħqet, “Onorata ħafna li se nkun qed nirrappreżenta lil pajjiż li tant inħobb, però ħafna responsabbilità iżda esperjenza sabiħa ħafna u qed nitgħallem ħafna u għandi xi nġib lura miegħi biex jekk k’Alla jrid inkunu nistgħu nibgħatu kandidati oħra fiż-żmien li ġej.”

Iż-żagħżugħa Maltija hija għalliema taż-żfin u fl-istess ħin qed tistudja biex issir Avukat.

Il-kompetizzjoni tal-moda se tixxandar b’mod dirett fis-sagħtejn ta’ filgħodu ħin ta’ Malta, fejn fiha mistennija jintgħażlu għoxrin tfajla.

Anthea rebħet Miss Universe Malta s-sena l-oħra u minħabba l-pandemija l-kompetizzjoni prestiġjuża internazzjonali ta’ Miss Universe ġiet posposta għal din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend