Fil-messaġġ tiegħu tal-Ħadd, il-Papa Franġisku appella għal paċi fil-Lvant Nofsani, hekk kif fl-aħħar jiem eskala l-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani.
Il-Papa qal li huwa inaċċettabli u terribli li nqatlu numru ta’ tfal f’dan il-kunflitt.
Il-Papa Franġisku qal li din il-vjolenza li għaddeja fl-istrixxa ta’ Gaza qed twassal għall-qtil ta’ diversi persuni fosthom dawk innoċenti.
Huwa appella biex li l-mexxejja Iżraeljani u l-Palestinjani għandhom iwaqqfu l-ġlied u jimxu lejn it-triq tal-paċi, bl-għajnuna tal-komunità internazzjonali.
Il-Papa talab biex l-Iżraeljani u l-Palestinjani jsibu triq lejn id-djalogu.
Il-mexxej tal-Knisja Kattolika talab sabiex il-Kattoliċi jitolbu għall-vittmi ta’ dan il-kunflitt imdemmi.