Notifiki

Destiny imbikkma li ma tistax tipparteċipa fil-ftuħ tal-Eurovision minħabba li nstab każ pożittiv f’lukanda

Destiny mhux ser tipparteċipa fil-ftuħ tal-Eurovision Song Contest u dak imsejjaħ ‘Turquoise Carpet’ li kienu se jseħħu matul il-jum tal-Ħadd.

Dan minħabba li nstab każ pożittiv ta’ Covid-19 fil-lukanda li bħalissa qed toqgħod fiha Destiny. Għaldaqstant, ġew imposti numru ta’ restrizzjonijiet u protokolli.

Fuq il-pjattaforma ta’ Facebook, Destiny tellgħet xi ritratti fejn tidher viżibbilment imbikkma u diżappuntata li mhux ser tkun tista’ tattendi l-attivitajiet marbuta mal-Eurovision.

Destiny saħqet li tinsab f’saħħa tajba u li l-protokolli imposti huma ta’ prijorità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend