Raġel li kien qed isuq e-kick scooter, li għandu 50 sena u jgħix Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ dalgħodu, fi Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun.
Fuq il-post marru l-pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn e-kick scooter li kien qed jinstaq mir-raġel u karozza tat-tip Peugeot 3008 misjqua minn mara ta’ 51 sena miż-Żejtun.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.