Notifiki

Il-vizzju tad-droga wasslu biex jisraq minn żewġ karozzi

Renald Rotin ta’ 41 sena mill-Fgura ammetta li kkometta żewġ serqiet minn ġewwa vetturi.

L-avukat tal-għajnuna legali spjega li huwa seraq affarijiet żgħar minn ġol-karozzi b’serqa minnhom seraq biss żewġ imwies u minn serqa oħra seraq madwar €200.

Għalhekk huwa talab għal sentenza ta’ probation.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa spjegat kif ir-raġel wettaq din is-serqa kawża tal-vizzju tad-droga. Hija m’oġġezzjonatx għal sentenza ta’ probation, bil-kundizzjoni li r-raġel ikollu jagħmel programm minħabba l-abbuż tad-droga.

Il-Qorti sabet lir-raġel ħati u poġġietu taħt probation għal sena u nofs, bil-kundizzjoni li jsegwi programm tad-droga mill-bidu sat-tmiem.

Il-Maġistrat wissietu li jekk ma jsegwix il-kundizzjonijiet tal-probation kienet se tagħtih sentenza ta’ priġunerija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend