Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urgenti għad-demm.
Fuq il-midja soċjali, il-bank tad-demm qal kif dalgħodu, l-Isptar Mater Dei talab għal:
- 39 borża A positive,
- 11-il borża A negative,
- 29 borża O positive u
- disa’ boroż O negative.
L-Uffiċjal tal-Bank tad-Demm, Tony Micallef qal ma’ ONE News kif id-demm li huwa meħtieġ huwa għall-pazjenti bil-kanċer, ommijiet operati b’ċesarja u anke għat-trabi.
Intqal kif illum iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia se jkun miftuħ sas-6 tal-illejla.
Intqal ukoll li għada dan iċ-ċentru se jkun miftuħ ukoll, sabiex jagħmel dan l-għan nobbli.