Notifiki

Ġuvni jammetti li pprova jsiefer b’dokument falz

Ġuvni ta’ 18-il sena mill-Mali ammetta fil-Qorti li matul il-jum tal-Ġimgħa pprova jsiefer lejn Katanja b’dokument tal-identifikazzjoni falz.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni ppreżentat lill-Qorti l-passaġġ tal-arju mixtri mill-imputat, kif ukoll karta tal-identifikazzjoni Taljana falza u passaport Taljan falz.

L-Ispettur Butters spjegat li r-raġel ammetta li xtara d-dokumenti madankollu qalet li r-raġel ma għenx fl-investigazzjoni ulterjuri marbuta mal-każ.

L-avukat tal-għajnuna legali talab għal sentenza sospiża hekk kif huwa tenna li dan mhux reat serju.

Bil-Prosekuzzjoni ma laqgħetx dan l-argument.

Il-Maġistrat madankollu ddeċidiet li l-ġuvni għandu jingħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend